Together For Democracy

Together.eu for democracy Together for Democracy

Flimkien.eu hija komunità vibranti ta’ nies li tassew jemmnu fid-demokrazija. Il-komunità tiġbor flimkien nies tal-istess fehma minn madwar l-Ewropa, tippermettilhom jaqsmu l-għarfien, jitgħallmu ħiliet ġodda, filwaqt li tħeġġeġ lill-oħrajn biex jimpenjaw ruħhom fid-demokrazija Ewropea. Irreġistra issa biex tinvolvi ruħek!

flimkien.eu: Flimkien Għad-demokrazija

"Irrid ngħidlek xi ħaġa. Hija importanti…

Rigward xi ħaġa inviżibbli li tassew tmiss il-ħajja tagħna lkoll

Tinsab madwarna.

Madankollu, spiss ma ninnutawhiex biżżejjed

Jew ninnutawha biss meta tisparixxi

Meta jkun tard wisq

Hija post uniku ħafna

Post fejn kulħadd huwa milqugħ

Ikun liema jkun it-tim li żżomm miegħu Jew il-ħwejjeġ li tilbes

Post fejn tista' titkellem liberament mingħajr ma tmur il-ħabs

Post fejn ma tmutx għal troffa xagħar

Post fejn il-ġejjieni mhuwiex f'idejn bniedem wieħed

Fejn tista' tbus lil min trid

Fejn nistgħu nħossuna siguri u nieħdu ħsieb xulxin

U post li uliedna jkunu jridu jgħixu fih, ukoll

Post fejn ningħaqdu kontra l-avversità U li minnu niddeċiedu l-futur tagħna flimkien.

Hija post prezzjuż,

tissejjaħ demokrazija,

Ejja nżommuha b'saħħitha, flimkien."

Issieħeb ma' together.eu għad-demokrazija

Sib avvenimenti qrib tiegħek

Ara l-aħħar avvenimenti organizzati mill-Parlament Ewropew u l-komunità flimkien.eu, li qed isiru online u madwar l-Ewropa.

Testimonjanzi