Storja ewlenija ta’ flimkien.eu dwar persuna li ġabet il-bidla:
PARIĠI – Théo

Ilni impenjat lejn l-Unjoni Ewropea minn meta kelli 17-il sena. L-involviment tiegħi fil-proġett Ewropew ġej mill-konvinzjonijiet personali tiegħi u mit-twemmin tiegħi fil-valuri demokratiċi.

Il-promozzjoni tal-istil ta’ ħajja Ewropew, id-difiża tad-demokrazija, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-ħidma maż-żgħażagħ Ewropej madwar l-UE kollha huma r-raġunijiet għaliex ingħaqadt ma’ flimkien.eu fl-2020. Id-diversità fi ħdan il-komunità flimkien.eu hija verament prezzjuża, għaliex minkejja li lkoll għandna sfond differenti, għandna l-istess konvinzjonijiet.

Mill-ħidma kollha tiegħi għall-proġett Ewropew, dik li nwettaq ma’ flimkien.eu hija bla dubju l-favorita tiegħi. Hawnhekk ikollna l-opportunità li norganizzaw avvenimenti fl-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLO) f’Pariġi u li nipparteċipaw f’avvenimenti tal-Parlament Ewropew fi Brussell u Strażburgu. Għandi memorji sbieħ tal-attivitajiet tiegħi fil-Parlament Ewropew ma’ flimkien.eu u nħeġġeġ liż-żgħażagħ kollha li huma interessati biex jingħaqdu magħna.

Inħossni entużjast ħafna meta naħseb dwar il-bosta proġetti li se nwettqu fl-EPLO ta’ Pariġi. Nixtieq norganizza dibattitu bejn il-gruppi politiċi Ewropej kollha li ħerġin għal din l-elezzjoni fi Franza u nippreżenta l-istorja politika Ewropea komuni tagħna liż-żgħażagħ. Naħseb li se jirnexxilna u ninsab verament ottimist dwar il-futur u dwar l-għan tagħna li nfakkru lin-nies biex jivvotaw fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin fl-2024. #UżalVotTiegħek.