Dawn huma l-istejjer tagħna
Fl-Ewropa kollha, il-membri tal-komunità flimkien.eu tagħna qegħdin isemmgħu leħinhom billi jorganizzaw jew jieħdu sehem f'avvenimenti u f'attivitajiet. Uħud minnhom qalu kif jaħsbuha dwar il-futur tal-Ewropa, u oħrajn tgħallmu ħiliet ġodda. Permezz tal-esperjenzi tagħhom ħallew impatt, u l-esperjenzi tagħhom ħallew impatt fuqhom stess. Skopri l-istejjer tagħhom.
Jidhru 9 testimonjanzi minn 12 testimonjanzi
Siru Voluntiera Ewropej! Agħżel li tipparteċipa! Il-futur huwa tiegħek!
L-Ewropa hija dari. Il-Parlament Ewropew sar it-tieni dar tiegħi minn meta sirt voluntiera mal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew fir-Rumanija sentejn ilu.
L-Ewropa li jmiss
Jisimni Imre János, twelidt fl-2005 f'villaġġ żgħir Ungeriż, Jászberény, sena biss wara li l-Ungerija saret membru tal-Unjoni Ewropea. Iltqajt mal-komunità flimkien.eu, bħala ambaxxatur junior. Għalija, din il-komunità hija opportunità għal sensibilizzazzjoni internazzjonali, hija komunità li fiha jien liberu nesprimi l-opinjonijiet tiegħi u li fiha ħsibijieti għandhom piż u jixprunaw azzjonijiet u riżultati.
Li tkun f’post ma’ nies ta’ l-istess fehma
Sabīne, studenta tax-xjenzi politiċi. Il-vjaġġ tiegħi mal-komunità flimkien.eu beda saħansitra qabel ma din inħolqot, meta kienet magħrufa bħala l-kampanja "Did-darba se nivvota". Involvejt ruħi fiha bħala studenta fl-iskola sekondarja Nru 25 ta' Riga, waħda mill-iskejjel tal-programm "Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew".
Aktar ma nkunu attivi, aktar ikun aħjar il-ġejjieni Ewropew li qed jistenniena
Jisimni Ruben, għandi 26 sena u wara li ggradwajt fl-Istudji Ewropej sirt naf li stajt inżid dik ix-xi ħaġa iżjed ma' dak li tgħallimt.
Sirt volontarju ta' flimkien.eu għaliex xtaqt nitgħallem aktar dwar l-istituzzjonijiet Ewropej u nkun naf dak li jkun għaddej fil-Parlament Ewropew.
Kont qed inħoss li ma kontx naf biżżejjed dwar kif jaħdem il-Parlament Ewropew u ma kontx naf x'jagħmlu eżattament il-Membri tiegħu. Sadattant, permezz ta' flimkien.eu ipparteċipajt f'diversi avvenimenti, sirt naf lil persuni mill-Ewropa kollha u saħansitra żort il-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Għalkemm barranija, xorta nħoss li integrajt sew bħala parti mill-komunità.
Meta sirt volontarja ta' flimkien.eu, kelli l-opportunità li nipparteċipa f'avvenimenti li ħallewni nqarreb liż-żgħażagħ lejn l-affarijiet Ewropej.
Liam jemmen li l-għanijiet jistgħu jintlaħqu bħala komunità.
L-Ewropa għalija tfisser li fil-komunità jistgħu jintlaħqu dawk l-objettivi li fuq bażi individwali jidhru li ma jistgħux jintlaħqu.
L-Ewropa fl-iskejjel bis-saħħa ta' Carola u ħbieb oħra tal-komunità flimkien.eu
''Sirt membru ta' flimkien.eu wara s-suċċess ta' Did-darba se nivvota.
Iż-żgħażagħ għandhom jingħataw siġġu fuq il-mejda
Bħala żagħżugħa Ewropea u persuna li taħdem maż-żgħażagħ, inħossni responsabbli għall-futur tal-Ewropa. Nemmen bis-sħiħ li l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ bl-attitudnijiet, l-għarfien u l-ħiliet biex jieħdu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet se jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-demokraziji tagħna u għat-trawwim ta' sens komuni ta' identità. Din hija r-raġuni għaliex ingħaqadt ma' flimkien.eu, biex inħeġġeġ iċ-ċittadinanza attiva u biex inkun parti minn komunità bbażata fuq valuri kondiviżi u impenn reċiproku biex nimxu 'l quddiem fi proġett Ewropew.