L-Ewropa li jmiss

Jisimni Imre János, twelidt fl-2005 f'villaġġ żgħir Ungeriż, Jászberény, sena biss wara li l-Ungerija saret membru tal-Unjoni Ewropea. Iltqajt mal-komunità flimkien.eu, bħala ambaxxatur junior. Għalija, din il-komunità hija opportunità għal sensibilizzazzjoni internazzjonali, hija komunità li fiha jien liberu nesprimi l-opinjonijiet tiegħi u li fiha ħsibijieti għandhom piż u jixprunaw azzjonijiet u riżultati.

Bħala żagħżugħ, nagħti importanza kbira lill-protezzjoni tal-valuri, lil dak li jirrappreżenta il-qofol tal-pedamenti tal-integrazzjoni Ewropea, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett reċiproku tal-opinjonijiet ta' xulxin. Nemmen li l-futur tad-demokrazija Ewropea huwa bbażat fuq involviment akbar tan-nies fit-teħid tad-deċiżjonijiet, li jirrikjedi li l-għarfien soċjali jittella' għal livell ogħla u li l-edukazzjoni tiġi żviluppata b'tali mod li tadatta għall-isfidi tal-lum.

Sabiex tinbena soċjetà Ewropea konxja u responsabbli, inqis li huwa essenzjali li tinħoloq ekonomija integrata bbażata fuq kooperazzjoni stabbli tal-atturi, fuq ir-responsabbiltà għall-benesseri tas-soċjetà u fuq ir-responsabbiltà ambjentali.