Storja ewlenija ta’ flimkien.eu dwar persuna li ġabet il-bidla:
IL-POLONJA – Kamil

Jiena Kamil, ilni nappoġġja l-Unjoni Ewropea mhux ħażin. Ir-rabta qawwija tiegħi mal-UE tmur lura għall-parteċipazzjoni tiegħi fi programm ta’ skambju tal-Erasmus fl-Università ta’ Potsdam matul ix-xitwa tal-2020/21. Din l-esperjenza tejbet l-edukazzjoni, il-ħiliet lingwistiċi u n-network globali tiegħi.

Jiena membru attiv ta’ flimkien.eu, li hija pjattaforma ddedikata għall-promozzjoni tal-impenn tal-UE fost individwi żgħażagħ. Ikkollaborajt ukoll mal-Fondazzjoni Civis Polonus fuq żewġ proġetti relatati mal-UE, li kkontribwew għar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika matul il-“Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.”

Fl-2022 u l-2023, kelli rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-Kungress Ewropew tal-Kunsilli taż-Żgħażagħ (ECYC) f’Varsavja u Lublin, li kellu t-tir li jinvolvi liċ-ċittadini żgħażagħ fi proġetti relatati mal-UE. B’sens ta’ kburija, nirrappreżenta lill-Parlament Ewropew u nħeġġeġ aktar nies jingħaqdu man-network flimkien.eu.

Jiena kburi u kuntent ħafna li jiena kemm Pollakk kif ukoll Ewropew. Il-libertà, id-dinjità u l-ġustizzja huma valuri importanti għalija, u ninsab kuntent li l-Unjoni Ewropea tissalvagwardja dawn il-virtujiet. Għalhekk, jeħtiġilna niftakru nivvotaw fl-elezzjonijiet Ewropej. #UżalVotTiegħek fl-2024!