Storja ewlenija ta’ flimkien.eu dwar persuna li ġabet il-bidla:
ĊIPRU – Evgenia

Evgenia hija membru proattiva tal-bord tal-organizzazzjoni mhux governattiva Cyprus Youth DiplomaCY.

Hija waqqfet b’mod konġunt il-Konferenza Lokali taż-Żgħażagħ f’Ċipru, inizjattiva klimatika mmexxija miż-żgħażagħ approvata mill-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima. Hija studenta tal-liġi dedikata li tispeċjalizza fil-liġi internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem, b’esperjenza fil-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Matul il-vjaġġ tagħha, Evgenia rċeviet rikonoxximent notevoli: inħatret Membru Assoċjat tas-Soċjetà Rjali tal-Commonwealth u ġiet nominata biex tkun iż-Żagħżugħa Ewropea tas-Sena fl-2022. Hija membru attiv tan-network flimkien.eu, u tippromwovi inizjattivi bħall-kampanja #DidDarbaSeNivvota.

Fl-2020, hija waqqfet b’mod konġunt GD4C, inizjattiva ekoloġika f’Ċipru ffukata fuq il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Evgenia sservi bħala Promotur taż-Żgħażagħ tan-NU għall-Ambjent u l-Paċi, filwaqt li tippromwovi l-konsolidazzjoni tal-paċi ambjentali u l-azzjoni klimatika, b’impenji f’avvenimenti ewlenin bħall-COP26 u l-Assemblea Ġenerali tan-NU.

Lura f’Ċipru, hija stabbiliet il-Konferenza Lokali taż-Żgħażagħ, u bħala membru ta’ Cyprus Youth DiplomaCY, hija ssaħħaħ liż-żgħażagħ Ċiprijotti, speċjalment it-tfajliet u n-nisa, biex isegwu karrieri fid-diplomazija u fl-affarijiet internazzjonali. Hija tapprezza l-appoġġ u l-gwida li tirċievi mill-Parlament Ewropew, b’mod partikolari l-Uffiċċju tiegħu f’Ċipru, għat-twettiq tal-proġetti tagħha.

Id-dedikazzjoni ta’ Evgenia timxi id f’id mal-impenn tan-network flimkien.eu li jipprijoritizza l-benesseri fl-Unjoni Ewropea.